Proġett
Għarfien ta’… xix?
Il-parteċipazzjoni f’provi kliniċi jistgħu jatuk l-aħjar cans li jkollok trattament effettiv iżda li jista’ jesponik għal riskji mhux magħrufa.
F’kwalunkwe moment hemm ammont qawwi ta’ provi kliniċi li qed isiru madwar id-dinja (ara reġistru ta’ provi kliniċi). Madankollu, il-mod kif il-mediċini huma ttestjati, u l-mod kif il-pazjenti huma nvoluti f’dan il-proċess, jista’ jvarja sostanzjalment. Huwa importanti li n-nies ikollhom għarfien ta’ dawn id-differenzi u jifhmu iżjed kif ir-riċerka mediika taħdem qabel ma jikkonsidraw li jinkitbu t’test kliniku.
Jekk huwa ddissinjat b’mod fqir, test kliniku mhuwa ser jasal imkien. Jew, aktar agħar, jista’ jwassla għal riżultati li jqarqu. Qabel ma taqbel li tieħu sehem f’test kliniku, għandek tagħmel ċert li huwa test kliniku tajjeb u li huwa tajjeb għalik. Iżda kif tista tkun taf?
Dan is-sit huwa parti mill-proġett ECRAN – Kommunikazzjoni Ewropea dwar il-Bżonnijiet tal-Għarfien tar-Riċerka – li ġie finanzjat mill-Komunità Ewropea sabiex jitjieb l-għerf taċ-Ċittadini tal-UE dwar ir-riċerka medika u sosten tal-parteċipazzjoni tagħhom f’testijit kliniċi indipendenti u multinazzjonali.
L-għan tal-ECRAN huwa li jipprovdi spjegazzjonijiet ċari u affidabbli ta’ kunċetti, informazzjoni pratika, kontenut edikattiv bażiċi u aktar avvanzati inkluż gwidi, taħriġ, film animat u anke logħba (izda, waħda serja) sabiex naċċertaw li tkun ippreparat sew kemm jista’ jkun, qabel ma tkun involute fid-deċiżjoni li tipparteċipa f’test kliniku jew le.
Għaliex independent u multinazzjonali?
Il-maġġoranza tal-provi kliniċi huma fil-preżent sponsojati mill-industriji farmaċewtiċi, biex spiss jintroduċu mediċina ġdida fuq is-suq. Għan ewlieni għal dawn il-provi, għalhekk, huwa li juru effettività u sigurtà tal-prodott il-ġdid lir-Regolaturi.
Min-naħa l-oħra, provi kliniċi independent huma ffinanzjati minn flus pubbliċi, ċentri tar-riċerka jew anke minn assoċjazzjonijiet ta’ pazjenti u huma ddisinjati dabiex iwieġbu primarjament suġġetti ta’ interess ewlieni għall-pazjenti, per eżempju li juru l-aħjar trattament disponibbli, l-effetti negattivi posibbli tagħhom wara perjodu twil ta’ żmien u l-impatt rejali tagħhom fuq il-ħajja tal-pazjenti.
Studji indipendenti huma dwar l-espansjoni tal-għerf mediku għal benefiċju tal-pazjenti, milli wieħed jipporva jissodisfa r-Regolaturi li xi ħaġa hija sigura li titpoġġa fis-suq. Provi kliniċi independent spiss isiru minn diversi ċentri ta’ riċerka li jaħdmu fuq l-istess mistoqsija, anke f’pajjiżi differenti – fuq livell multinazzjonali – li jittestjaw it-trattament fuq popolazzjonijiet diversi. Ir-riżultati l-aktar affidabbli u utli, fil-fatt, jiġu minn provi kliniċi li jinvolvu fierxa wiesgħa ta’ nies (inkluż dawk ikkonsidrati l-aktar fraġli, bħal pazjenti anzjani, tfal, u nisa) sabiex jassigura li r-riżultati japplikaw għal dawn in-nies ukoll.
Provi kliniċi indipendenti jippruvaw iwieġbu kwalunkwe mistoqsijiet dwar prevenzjoni u terapiji, b’hekk ikunu qed jiżguraw kura tas-saħħà aħjar u aktar effiċjenti għal kulhadd. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni Euwropea fil-preżent qed tinvesti flus sabiex isosstni aktar u aktar riċerka indipendenti.
Il-proġett ECRAN huwa parti minn dan l-isforz.
Kont taf li…?
Il-kontenuti tal-ECRAN jistgħu jitfittxu f’6 lingwi (l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, l-Ispanjol, it-taljan u l-Pollakk) u ser ikompli jikber għal lingwi oħra (kollha lingwi mitkellma tal-UE!), sabiex igħinu li jassiguraw fehim bażiku għal kulħadd.