Skopri provi kliniċi
Fis-setturi kollha ta’ hajjitna irridu nagħmlu deċiżjonijiet, id-deċiżjoni dwar x’hinu l-aħjar haġa li nagħmlu. Forsi hija deċiżjoni dwar x’inhu l-aħjar xogħol għalik, l-aħajar skola għat-tfal tiegħek, l-aħjar dar li tixtri, jew forsi, min hu l-aħjar sieħeb għalik. Kull meta insaqsu din il-mistoqsija lilna infusna, infittxu indikazzjonijiet, xi għajnuniet li jindikaw id-direzzjoni t-tajba.
Meta tiġi għal saħħitna u t-trattament tal-mard is-sitwazzjoni hija simili. Diversi trattamenti jistgħu jkunu disponibbli għall-istess kondizzjoni – xi wħud jistgħu jkunu ġodda fjamanti, waqt li xi oħrajn setgħu kienu magħna għal xi snin. Wieħed jista’ jkun aħjar għalik mill-oħrajn. Iżda liema? Għandna bżonn indikazzjonijiet li jistgħu jgħununa niddeċiedu, u dak huwa r-rwol tal-evidenza provdut mill-provi kliniċi. Din l-evidenza hija kritika. Qabel ma it-tabib tiegħek jagħmel xi suġġeriment għalik, kwalunkwe trattament għandu jiġi ttestjat għal benefiċji tiegħu u l-effetti mhux mixtieqa l-ewwel, u ħafna drabi dan ifisser li jkun ittesttjat fi provi kliniċi bl-adoċċ.
Esplora l-kontenut l-ieħor ta’ din is-sezzjoni sabiex tifhem kif l-aħjar trattamenti disponibbli huma identifikati permezz ta’ testjar xieraq f’provi kliniċi bl-adoċċ.