Iżda, ser jaħdem, dott?
Me inkunu ma nifilħux irridu l-aħajr trattament disponibbli. Iżda kif nistgħu inkunu nafu jekk jaħdemx trattament?
Provi kliniċi bl-adoċċ huma l-aħjar mod biex tittestja jekk trattament huwiex effettiv u aħjar minn trattamenti oħra jew l-ebda trattament.
Riċetta għall-ittestjar ta’ trattament ġdid
1. Ħu nies li huma morda.
2. Agħti nofsom it-trattament li qed jiġi ttestjat.
3. Agħti lin-nofs l-ieħor it-trattament standard (jew trattament falz – plaċebo – jekk mhemmx trattament standard).
4. Uża ċ-ċans abiex tiddeċiedi jekk min ser jieħu t-trattament ġdid jew standard – din tissejjaħ allokazzjoni bl-adoċċ.
5. Qabbel kemm tjiebu, jew kellhom effetti avversi, f’kull grupp sabiex tara liema kien l-aħjar trattament.
Why can’t people in a randomised clinical trial choose which treatment to have?
Jekk in-nies li qegħdin jirċievu t-trattament il-ġdid huma differenti minn dawk li jirċievu t-trattament standard jew trattament falz, ma tistax tikkonkludi konfidenzzjalment li t-trattament huwa aħjar jew agħar. Għaliex? Għaliex differenzi fir-riżultati jistgħu jkunu minħabba differenzi li kienu jeżistu minn qabel bejn il-gruppi. L-aħjar mod sabiex iġġib gruppi simili huwa li tuża l-fortuna sabiex tiddeċiedi lieam trattament għandu jieħu persuna, per eżempju, tfigħ ta’ munita, bix-xorti, jew l-użu ta’ programm ta’ kompjuter sabiex twettaq bl-adoċċ.
Ukoll ma tridx li xi ħadd jaħseb “Jien ħadt l-aħjar trattament” jew “Jien ħadt l-agħar trattament” peress illi dan jista’ jinfluenza jekk imorrux għall-aħjar jew le! Għalhekk in-nies mgħandhomx ikunu jafu liema trattament qegħdin jieħdu – dan jissejjaħ “masking”. Huwa wkoll aħjar li ma tkunx taf x’trattament qiegħed jieħu kull pazjent (dan huwa l-għama ta’ dawk li jagħtu l-għanjuna, l-assessuri u l-investigaturi) peress illi dan jista’ jinfluenza ir-riżultati wkoll!
Ftakar, ma tistax tkun ċert liema trattament huwa l-aħjar qabel ma tiċievi r-riżultati tal-provi kliniċi bl-adoċċ – il-provi jsiru sabiex tneħħi l-inċertezza dwar liema trattament huwa fil-fatt l-aħjar. Spiss tkun trid aktar minn prova waħda sabiex tassew tiddeċiedi!
Probabbli ma jkollokx iċ-ċans li twaqqaf il-provi tiegħek, iżda tista’ tiġi mistoqsi biex tipparteċipa f’prova bħala pazjent. Qabel ma taqbel, huwa importanti li tifhem kif jaħdem il-provi kliniċi bl-adoċċ, u id-disinn u r-raġuni tal-prova li int qed tiġi mistieden li tipparteċipa fih, kif ukoll il-benfiċji u r-riskji possibli.
L-ECRAN jipprova li jagħmel il-fehim ta’ riċerka medika faċli, u igħidlek dak kollu dwar li tieħu sehem f’dan il-proċess ta’ provi kliniċi importanti.